16 September 2014

Dawl fuq ix-Xefaq


Zerniq
Dija ta’ dawl tixref minn fuq ix-xefaq
Id-dalma tal-lejl dlonk ghebet, u issa minflokha harget xemx shuna
Tahraqni w tmellisni, tahraqni u tbusni.

Imbaghad minn fuq ix-xefaq bhal gifen
Imdawwar b’qatta’ gawwi jtiru f’dawl dehbieni
Leqqiena, jittajru grazzjuzi, b’sahhithom
Jitlieghbu maz-ziffa, igawdu helsien sfrenat.

U jien, nitqalleb fuq ir-ramel, ghajjien
Nitpaxxa u noghxa bil-ferh f’dan il-gmiel
O Alla li hlaqtni, kemm inti sabih !
Nitnikker, nissahhar, infittex is-sens
Ta’ hajti, dalma u dawl, silhouette
U nsibu biss fik Hallieq kbir,
Bla bidu, bla tmiem, bla tarf, dejjiem.

Qalbi go fija thabbat ma’ qalbek
F’tahbita wahda
Imhabbtek bla heda timlini
Naf biss li nsigtni f’guf ommi
U dan ghalija bizzejjed.

Ghax anki jekk ommi tichadni
Dik idek tenera bil-heffa tigborni
Tghannaqni w twennisni 
Fi hdanek tkenninni
Nipprova nahrablek ghall-frugha
Izd’inti kull darba tigborni, lil dmughi timsahli
Tahsilni b’demmek, tnaddafni, terga’ timlini bil-gieh
U terga’ ssejjahli ibnek l-ghaziz.

 Lawrence Attard

No comments: